Fl-Italja għaddejja investigazzjoni oħra, din id-darba dwar it-tqassim tad-drittijiet televiżivi tas-Serie A u tas-Serie B, u li tinvolvi 39 klabb Taljan.
Fost dawn hemm Inter u Milan, f’investigazzjoni li ilha għaddejja għall-aħħar xhur u li dwarha qed joħorġu dettalji ġodda. Fost l-oħrajn memorandum li jwassal biex wieħed jifhem li s-soċjetà Infront, konsulent tal-Lega, kellu rwol ta’ pulmun finanzjarju għall-klabbs.
Fir-rigward ta’ Inter u Milan, ir-rapporti kummerċjali tagħhom mal-Infront kienu negattivi bi kbir: €33 miljun għal Inter, €130 miljun għal Milan. Fost l-oħrajn qed issir investigazzjoni dwar jekk Infront kinitx qed tgħaddi pagamenti lill-klabbs biex b’dawn il-flus, il-klabbs rispettivi jevitaw li jeħlu sanzjonijiet.
Sors: Il Fatto Quotidiano
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com