Id-dinja kollha, b’mod speċjali l-Ewropa, tinsab ixxukjata wara traġedja kbira fi Brussell, fil-Belġju.

Żewġ splużjonijiet fl-istazzjon tal-metro u l-ajruport ta’ Brussell ħallew mill-inqas għoxrin persuna mejta u iktar minn tletin ruħ midruba. Bħalissa, ħafna Maltin jinsabu maqbuda f’din il-belt.

Il-Kumitat, membri u l-awturi tas-sit f’isem il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jsellmu lil Brussell, lill-vittmi u l-familji tagħhom.