L-ammont ta’ persuni li sofrew xi ġrieħi fl-inċidenti fi Piazza San Carlo, waqt il-finali taċ-Champions League, issa tela’ għal 1,527 fejn tlieta minnhom jinsabu gravi.
Fl-aħħar sigħat ħareġ ukoll ritratt tal-persuna li allegatament beda kollox, qajjem paniku u wassal għal dan in-numru għoli ta’ persuni midruba.
Għad hemm konfużjoni dwar x’qal dan iż-żagħżugħ, b’persuni jisħqu li għajjat li kien mimli splussiv, u oħrajn jgħidu li għajjat il-kliem “noqtolkom kollha” fl-istess waqt li nstemgħet splużjoni. Li hu żgur hu li dawk preżenti ħasbu li kien qed iseħħ xi attakk terroristiku u ħarbu kollha f’daqqa, jgħaffġu fuq xulxin.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com







