Juventus għar-raba’ sena konsekuttiva rnexxielhom jirbħu l-Coppa Italia, iżda f’dan l-istaġun il-mixja f’din il-kompetizzjoni kienet xi ħaġa aktar pożittiva hekk kif wara li t-tim ta’ Allegri rebaħ il-finali bl-iskor ta’ 4-0, huma saru wkoll l-ewwel tim fl-Italja li rebaħ din il-kompetizzjoni mingħajr ma qalgħu gowl wieħed.

Fil-fażi tal-aħħar 16 Juventus għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 2-0 biex fil-kwartifinali għelbu lir-rivali Torino bl-istess skor ta’ 2-0. Fis-semifinali Juventus affrontaw lil Atalanta fejn Juventus rebħu ż-żewġ legs bl-iskor identiku ta’ 1-0 biex finalment fil-finali rebħu bl-iskor ta’ 4-0 kontra Milan biex b’hekk Juventus f’ħames logħbiet skurjaw 10 gowls u ma sofrew lanqas wieħed, medja ta’ 2 goals kull partita.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280