Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li għal-logħba kontra Atlético de Madrid, dawk li jattendu l-klabb se jkunu jistgħu jidħlu biċ-ċans li jirbħu ġakketta uffiċjali ta’ Juventus.

Uffiċjalment magħrufa bħala Juventus Anthem Jacket, din il-ġakketta tintlibes mill-plejers hekk kif ikunu se jidħlu fil-grawnd. Mill-Juventus Store, din il-ġakketta tiswa €89.95 waqt li f’pajjiżna tista’ tinkiseb mingħand Eurosport, li huma sponsors tal-klabb.