Il-midfielder internazzjonali Taljan u ta’ Juventus Simone Padoin, intervistat wara l-logħba u l-gowl kontra Palermo, ikkumenta dwar il-kampjonat u dwar l-isfortunati Martin Cáceres u Claudio Marchisio.
“Kuntent bil-gowl u biċ-ċans li offrieli Massimiliano Allegri. Ma stennejtx dik l-għajta mis-sapporters mal-gowl tiegħi. Vera sorpriż u ferħan. Dan il-kampjonat, jekk nirbħuh, se jkun dedikat lil Martin Cáceres u Claudio Marchisio. Sfortunati peró se jkunu magħna dejjem.”
Simone Padoin, li daħal bħala sostitut fil-logħba kontra Palermo, kien protagonist mill-ewwel b’gowl wara assist minn Álvaro Morata.
Sors: Gianluca di Marzio





