Isem il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero ixxandar quddiem udjenza ta’ 39,027 persuna fl-Allianz Stadium; udjenza rekord għal logħba mis-Serie A Femminile. F’din il-logħba, Juventus għelbu 1-0 lil Fiorentina u mxew pass eqreb lejn ir-rebħ tal-kampjonat.

Isem il-klabb deher hekk kif il-cameras iffukaw fuq Myah Borg, li għal dan il-mument memorabbli għaliha għażlet li turi wkoll xalla bl-isem tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero, l-uniku klabb lokali rappreżentat fl-Allianz Stadium.

Myah Borg, bint il-President Onorarju Jean Borg u li kienet akkumpanjata minn ommha Vanessa, f’Kummenti lil dan is-sit iddikjarat li “kien hemm atmosfera mill-isbaħ, speċjalment għax kien hemm ħafna iktar partitarji nisa mis-soltu. Avveniment storiku li għandna l-pjaċir ngħidu li konna parti minnu. Fino Alla Fine.”