Hekk kif 7.99 miljun persuna lbieraħ segwew il-logħba bejn Ajax u Juventus fuq Rai 1, isem Malta mill-ġdid ħa prominenza.

Dan hekk kif il-banner ‘Malta Presente’ għal darb’oħra reġa’ nqabad mill-kameras preżenti li kienu qed ixandru din il-logħba b’mod dirett minn Amsterdam.

Il-banner, bħal dejjem, kienet qed iġġorr isem pajjiżna madwar id-dinja grazzi għall-President Onorarju tal-klabb, Jean Borg, u grupp ta’ membri tal-klabb li kienu preżenti.

Minn stħarriġ li sar fl-Italja jirriżulta li l-logħba fuq Rai 1 kienet segwita minn 29.96% tat-telespettaturi Taljani, biex iddominat programmi popolari oħra bħal ‘Live- Non è la D’Urso’ immexxi minn Barbara D’Urso.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280