Jekk dan l-istaġun kien disfatta fil-grawnd f’dak li għandu x’jaqsam maċ-Champions League, mhux l-istess jista’ jingħad jekk wieħed iħares lejn il-lat ekonomiku.

Dan hekk kif, matul dan l-istaġun, Juventus marru l-aħjar meta kkumparati mal-avversarji Taljani. Il-klabb ta’ Andrea Agnelli filfatt irreġistra dħul ta’ €94.1 miljun.

Il-kompetituri Taljani daħħlu €56.7 miljun (Roma), €49.2 miljun (Napoli) u €47.7 miljun (Inter).

Meta kkumparat mal-istaġuni sa mill-2012/13, din is-sena kienet it-tieni l-aqwa għal Juventus minn lat finanzjarju relatat maċ-Champions League. L-aqwa staġun kien l-2016/17 meta Juventus irreġistraw €110.4 miljun.

Sa mill-2012/13, Juventus irreġistraw dħul ta’ €558.3 miljun miċ-Champions League biss. Din iċ-ċifra ma tinkludix id-dħul mill-bejgħ tal-biljetti.

Sors: Juve Stats

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280