Il-JCMCB Bar & Grill, li għadu jinvesti ġimgħa wara l-oħra f’faċilitajiet ġodda, bi pjaċir iħabbar menù ta’ ikel iktar vast mill-ġimgħat li għaddew għal-logħba kontra Udinese.
Minbarra l-pizza u burgers li fl-aħħar jiem tant kienu popolari ma’ dawk kollha li attendew, il-Ħadd wieħed se jkun jista’ jordna wkoll rib eye u għaġin Carbonara, Bolognese jew Lasagna.
Dan grazzi wkoll għal koki ta’ esperjenza, Maltin u Taljani, li ilhom għall-aħħar snin jaħdmu f’ristoranti ta’ kwalità madwar pajjiżna.
Il-kċina tiftaħ fin-12:30, u nirrakkomandaw lil min jixtieq jiekol fil-klabb biex jagħmel kuntatt magħna fuq 7949 6099 jew inkella jibgħat messaġġ fuq JCMCB Bar & Grill.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com