Fil-JCMCB Live Chat Show tal-Ħamis li ġej, Jonathan Camilleri ser ikun wieħed mil-misitiedna tal-eks President tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero Jean Borg.

Id-diskussjoni se tiffoka fuq l-imħabba kbira li Jonathan għandu lejn it-tim ta’ Charlton Athletic u kif beda jżomm magħhom. Nitkellmu wkoll fuq l-esperjenzi li kellu meta mar jara logħob tagħhom fir-Renju Unit u kif, bħala Malti, kien milqugħ mis-sapporters tagħhom.

Fit-tieni parti taċ-Chat Show ser ikollna lill-attur rinomat fil-gżejjer Maltin Carlos Farrugia, li huwa wkoll Juventin kbir. Ma’ Carlos ser nitkelmu fuq Juventus u fuq l-esperjenzi tiegħu ġewwa Turin mal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.

L-edizzjoni tixxandar il-Ħamis li ġej bejn is-19:00 u t-20:00 fuq il-paġna ta’ Facebook tal-klabb. Tista’ ssegwi billi tagħfas hawn.