Ġie fi tmiemu tour ieħor mill-isbaħ organizzat mill-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero li matulu grupp ta’ membri tal-klabb mhux biss gawdew logħba ta’ Juventus imma wkoll kellhom organizzati żjarat f’Turin u l-madwar.
Filfatt, minbarra r-rebħa ta’ Juventus fuq Chievo, dawk parti mill-grupp żaru fost oħrajn il-muntanja Cervinia, destinazzjoni popolari u eskursjoni mitluba minn dawk li jsiefru mal-klabb.
Uħud mill-membri preżenti saħansitra kellhom iċ-ċans jiltaqgħu ma’ xi plejers, fosthom Mario Lemina u wieħed mill-iktar Juventini maħbuba, Claudio Marchisio.
Saħansitra kien hemm membri tal-klabb li, akkumpanjati mill-persuna li ħa ħsieb lill-grupp, marru ħdejn il-lukanda Lingotto fejn assistew għall-wasla tal-plejers ta’ Barcelona, inkluż Lionel Messi.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com