L-appell li għamel il-Kumitat għal donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-kwartieri ġodda tal-klabb intlaqa’ tajjeb b’162 persuna li għażlu li jnaqqxu isimhom, isem qrabathom jew inkella l-kumpanija li jmexxu b’mod permanenti.
S’issa, id-donazzjonijiet laħqu l-€4,000, li jfisser 67.50% tal-ammont li hemm bżonn (€6,000) biex il-Kumitat ikun jista’ jakkwista dawn il-fondi u jinvestihom fil-kwartieri ġodda, li jinfetħu b’mod uffiċjali fl-1 ta’ Frar.
Hekk kif fadal 24 ġurnata biex din l-inizjattiva tiskadi, il-Kumitat issa fetaħ id-donazzjonijiet għax-xena internazzjonali, bi klabbs ġemellati li wkoll għamlu appell lill-membri tagħhom biex jassistuna.
Fid-dawl ta’ dan, hekk kif fadal biss 138 isem biss għad-dispożizzjoni tal-Juventini, inħeġġu lil min jixtieq jgħin biex ma jħallix għall-aħħar u jniżżel ismu fil-kwartieri l-ġodda.
Tista’ tħalli d-donazzjoni tiegħek fuq: http://www.zaar.com.mt/projects/searching-for-300-juventus-supporters/