Il-futbol Taljan tilef wieħed mill-vuċijiet sinonimu mal-istorja tiegħu hekk kif Riccardo Cucchi ħabbar li se jirtira fl-età ta’ 64 sena.
Cucchi llum se jkun għaddej bl-aħħar radiocronaca tiegħu fuq Rai Radio 1 għal-logħba bejn Inter u Empoli.
“Inħossni sodisfatt li se nibqa’ mfakkar għall-onestà intellettwali u li dejjem kont pulit f’xogħli. Issa nista’ nerġa’ nibda niekol ma’ marti kull nhar ta’ Ħadd,” qal Cucchi.
Hu jibqa’ mfakkar mal-Juventini bħala l-persuna li fil-jum storiku taċ-5 Maggio, intervjena b’dawn il-kliem: “Intervengo dall’Olimpico per segnalare il quarto gol della Lazio.”
Sors: Gianluca di Marzio






