Aktar kmieni llum il-kumpanija JIT Ltd ikkonfermat sponsorship ta’ sena għall-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero.

JIT Ltd jimpurtaw u jinstallaw diversi sistemi ta’ sigurtà, bħal CCTV, Intercoms, Home Alarms u anke Fire Alarms. Matul is-snin il-kumpanija rnexxielha tikseb diversi suċċessi partikolarment dawk marbuta mal-innovazzjoni.

Il-kumpanija ilha topera f’dan il-qasam għal diversi snin, u tirrappreżenta numru ta’ ditti internazzjonali bħal Comelit, TAU Italia u PIMA.

JIT Ltd toffri s-servizzi tagħha għal xogħlijiet ta’ daqs u natura differenti, bħal pereżempju minn ħwienet u djar privati għal kumplessi bħal Portomaso u Tignè.