Juventus qed jippjanaw li jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat storiku fil-21 ta’ Mejju, wara l-logħba kontra Crotone.
Għas-sitt kampjonat konsekuttiv, Juventus qed jippreparaw żona fiċ-ċentru ta’ Turin.
Id-data tgħodd anke jekk Juventus jirbħu l-kampjonat kontra Roma, għaliex Juventus iqisu li jkun inopportun jekk isiru ċelebrazzjonijiet tlett ijiem biss qabel il-finali tal-Coppa Italia kontra Lazio.
Din is-sena se jkun hemm innovazzjoni: fuq palk armat apposta, mistennija titla’ l-iskwadra waqt li jkun hemm spettaklu minn artisti Juventini.
Sors: La Repubblica
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






