Il-ġurnata tal-bieraħ kienet waħda memorabbli hekk kif is-sit JuventusMalta.com irreġistra l-aqwa udjenza sa mit-twaqqif tiegħu.
Dan hekk kif l-artikli ppubblikati nqraw 5,823 darba, li jfisser li r-rekord preċedenti nqabeż bi kważi 1,000. Ir-rekord preċedenti kien twaqqaf fl-20 ta’ Frar li għadda, meta dakinhar l-artikli f’dan is-sit inqraw 4,951 darba.
Flimkien ma’ 330 persuna li qed jirċievu notifika kull meta jkun ippubblikat artiklu ġdid, dawn in-numri jkomplu jinkoraġġuna biex noffru dan is-servizz impenjattiv li madankollu jibqa’ b’xejn.