Juventus mistennija jieħdu bis-serjetà l-esperjenza tal-B Teams introdotti minn din is-sena fil-kampjonati fl-Italja. Esperjenza li se tibda fuq xewqa tad-Direttur Ġenerali Beppe Marotta u d-Direttur Sportiv Fabio Paratici.

Tant hu hekk li hemm min diġà qed jiddeskrivi l-iskwadra probabbli (hekk kif din ma tħabbritx uffiċjalment) bħala denja tar-rebħ tal-kampjonat tas-Serie C immedjatament. L-iskwadra B ma tistax tiġi promossa iktar mis-Serie B.

Jingħad li l-kowċ se jkun Mauro Zironelli, li mexxa lil Mestre fis-Serie C u kien se jiġi promoss ma’ Bari, fis-Serie B. Madankollu mistenni jiltaqa’ ma’ Juventus u aktarx jagħżel din l-avventura. Jekk mhux hu, hemm ukoll Federico Giunti u Alfredo Aglietti li qed jiġu kkunsidrati.

Għal ma’ din l-iskwadra, fl-aħħar jiem kien akkwistat il-midfielder Ġermaniż ta’ 20 sena Idrissa Touré mingħand Werder Bremen.

Fost iż-żgħażagħ li se jilagħbu mal-B Team qed jissemmew Leandro Fernandes, Di Pardo u Muratore, li b’hekk jiġu promossi mill-Primavera. Il-goalkeeper mistenni jkun Mattia Del Favero, waqt li fid-difiża aktarx jirritornaw Parodi, Coccolo u Beruatto, waqt li għadu inċert il-futur ta’ Macek u Clemenza.

Aktarx jiżdiedu wkoll plejers li qabżu t-23 sena bħal Raffaele Bianco, Simone Emmanuello u Riccardo Maniero, bir-ritorn ta’ Pasquato minn Legia Varsavia li kien imsemmi imma hu diffiċli.

Luca Marrone ma jistax jifforma parti mill-iskwadra. Dan għaliex il-midfielder li s-sena li għaddiet kien misluf lil Bari lagħab iktar minn 50 logħba fis-Serie A. Din hi waħda mir-regoli tal-B Teams.

Il-lista mhix uffiċjali ta’ plejers hi ffurmata mill-goalkeepers Branescu, Busti, Del Favero, Marricchi, Nocchi, id-difensuri Andersson, Barlocco, Beruatto, Coccolo, Del Fabro, Delli Carri, Kameraj, Parodi, Vogliacco, Zanandrea, Zappa, il-midfielders Di Pardo, Fernandes, Kastanos, Macek, Mosti, Muratore, Pereira, Tamba M’Pinda, Touré u l-attakkanti Beltrame, De Sole, Goh, Lanini, Olivieri, Pozzebon u Udoh.

Illum it-tieni skwadra se jkollha sessjoni ta’ taħriġ f’Vinovo, li tintemm b’logħba ta’ ħbiberija kontra l-klabb tas-Serie B Pro Vercelli. Juventus ħabbru li f’din is-sessjoni se jieħdu sehem il-goalkeepers Alberto Brignol u Timothy Nocchi, id-difensuri Mattia Andersson, Pietro Beruatto, Pol Tena Garcia, Luca Marrone, Rogerio u Joel Undersee, kif ukoll l-midfielders Luca Clemenza, Franck Kanoute, Roger Tamba u Oumar Touré u l-attakkanti Cristian Bunino, Eric Lanini, Fabio Morselli, Lorenzo Rossetti, Giorgio Sianoi, Mame Baba Thiam kif ukoll King Udoh.

Sors: Juventus/Sky Sport/Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280