L-eks Direttur Ġenerali ta’ Juventus, Luciano Moggi, f’intervista ma’ Goal Italia, qal li Juventus fl-Italja m’għandhom l-ebda rivali u l-ebda skwadra ma tista’ twaqqaf lil Juventus u l-mixja ta’ Maxi Allegri. Qal ukoll li għandu d-dubji tiegħu dwar kemm Juventus jistgħu jirbħu l-UEFA Champions League.

“Juventus bla rivali fl-Italja, ċert minn dan. Però fl-Ewropa għandi ftit dubji dwar kemm Juventus jistgħu jirbħu l-UEFA Champions League. Hemm kompetizzjoni kbira u mhux se tkun faċli għal Juventus. Iżda nemmen fil-kredenzjal tal-plejers Juventini u fil-kapaċità ta’ Maxi Allegri u l-istaff.”

Sors: Goal Italia u TuttoJuve

dical-banner-1200×280