Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar il-bidu ta’ relazzjoni ta’ ħbiberija ġdida ma’ klabb tas-sapporters f’Caserta.

Il-Juventus Club Caserta Gigi Buffon ilu biss xahrejn li twaqqaf, u minkejja l-ostilità li jaffaċċja f’Napli, diġà qed jara riżultati pożittivi ħafna.

Kollox beda meta fil-klabb tagħna lqajna membru ta’ dan il-klabb għal-logħba kontra Pescara. Hu assista għal-logħba fil-premises tagħna u wassal f’Caserta rigali mogħtija mill-Kumitat.

juventus-club-caserta-gigi-buffon

Issa uffiċjali miż-żewġ klabbs mistennija jiltaqgħu mill-ġdid, din id-darba f’Turin qabel il-logħba kontra Roma.

dical-banner-1200×280