Juventus bagħtu osservaturi tagħhom għal-logħba bejn Benfica u Porto mill-kampjonat Portugiż.
L-iscouts ta’ Juventus jidhru fuq lista ppubblikata u li fost klabbs oħra li jispikkaw hemm ukoll Arsenal, Chelsea, Inter, Barcelona, Liverpool, PSG, Manchester United u Valencia. B’kollox għal din il-logħba attendew scouts minn 19-il klabb.
Mhux magħruf liem plejer jew plejers qed isegwu Juventus, iżda hu fatt magħruf li ż-żewġ klabbs imsemmija huma fost l-aqwa klabbs fil-Portugall, u wkoll fost l-iktar klabbs li jipproduċu plejers promettenti.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






