Juventus ikomplu jaħdmu bil-għaqal fis-suq tat-trasferimenti tant li l-kowċ Massimiliano Allegri għandu f’idejh skwadra tajba b’diversi alternattivi u allura ma kienx hemm il-bżonn li jsiru akkwisti f’Jannar.

Fid-dawl ta’ dan Juventus għamlu kemxa flus mis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar minn numru ta’ trasferimenti, mingħajr ma wieħed ikollu bżonn jikkalkula trattattivi oħra minuri.

Il-plejer Pol Lirola inbiegħ għal €7 miljun li jitħallsu f’erba’ pagamenti, waqt li minn Federico Mattiello Juventus se jdaħħlu €2.5 miljuni li jitħallsu fi tliet pagamenti u li jistgħu jiżdiedu b’€2.5 miljuni oħra skont numru ta’ kundizzjonijiet.

Mingħand Cagliari, Juventus se jirċievu €2 miljun għal Caligara, waqt li għal Margiotta Juventus se jirċievu €1 miljun immedjatament minbarra persentaġġ minn bejgħ futur.

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280