L-eks plejer ta’ Juventus Paolo Di Canio, li lagħab mat-tim mill-1990 sal-1993, ammetta l-fatt li Juventus għamlu l-aħjar għażla meta biegħu lil Leonardo Bonucci. Huwa sostna li wara din id-deċiżjoni, id-dressing room ta’ Juventus se tkun aktar trankwilla.

“Kont sorpriż b’dan it-trasferiment? Għall-bidu iva però fl-istess ħin fhimt lil Juventus. Wara dak li ġara l-istaġun li għadda bejn Bonucci, il-kowċ u l-klabb, fhimt aktar id-deċiżjoni li ħadu d-diriġenti għaliex fi klabb bħal Juventus ma tistax tħalli dawn l-affarijiet jiġru.”

Sors: Goal

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280