Fl-ewwel intervista wara li ġie mħabbar uffiċjalment bħala plejer ta’ Juventus, Mattia De Sciglio sostna li jinsab ħerqan għal din l-avventura u kuntent li ffirma ma’ wieħed mill-aqwa klabbs fl-Ewropa.
“Ninsab verament eċitat li se nkun parti minn din l-iskwadra u minn dan il-klabb. Huwa ta’ unur kbir li qiegħed hawnhekk u nwiegħed li se nkun qed nagħti lura dak kollu li naf lil dawk li emmnu fija u lil dawk li ħadmu biex dan it-trasferiment seta’ jseħħ. L-ewwel prijorità hija dik li nirbaħ ir-rispett ta’ sħabi fit-tim għax dik hija l-aktar ħaġa importanti iżda wara importanti li nirbaħ ukoll ir-rispett tal-partitarji Juventini.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com