Juventus bla ħniena fil-konfront tal-avversarji, hekk kif il-logħba kontra Empoli fissret it-30 rebħa infila fil-Juventus Stadium.

Dan ifisser li Juventus komplew isaħħu r-rekord ta’ rebħ konsekuttiv f’darhom, liema rekord kienu waqqfu fit-8 ta’ Jannar kontra Bologna. Dakinhar ir-rebħ konsekuttiv kien jgħodd 26, iżda Juventus ma jidher li għandhom l-ebda intenzjoni jieqfu jirbħu.

Ir-rekord preċedenti wkoll kien imniżżel fuq isem l-istess klabb taħt it-tmexxija ta’ Antonio Conte, u tkompla taħt Massimiliano Allegri qabel twaqqaf minn Sampdoria.

Sors: UEFA

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280