Juventus ħabbru lil Ganten Water bħala sħab ġodda tal-klabb wara ftehim iffirmat għat-tliet snin li ġejjin.
Il-ftehim, li jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2017, ikompli jikkonferma x-xewqa ta’ Juventus li jkunu marka internazzjonali li tinvesti fi swieq globali.
B’dan il-ftehim, Ganten Water saru s-sħab uffiċjali li jissuplixxu l-ilma lil Juventus. Madankollu ma ngħatawx ċifri dwar dan il-ftehim.
Sors: Juventus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






