Juventus ħabbru li, meta wieħed iqabbel l-ewwel semestru finanzjarju tal-2017/18 ma’ dak ta’ din is-sena, id-dħul tal-klabb żdied minn €290.6 miljun għal €330.2 miljun.
Minkejja dan, id-dejn tal-klabb tela’ minn €309.8 miljun għal €384.3 miljun, bit-trasferimenti (b’mod speċjali dak ta’ Cristiano Ronaldo) ikunu l-ħtija ewlenija ta’ dan.
Għalkemm il-klabb ħabbar profitt ta’ €7.5 miljun, wieħed irid jinnota li dan hu ferm inqas mill-eżerċizzju finanzjarju preċedenti, meta Juventus kienu rreġistraw bilanċ utli ta’ €43.3 miljun. Dan b’mod speċjali minħabba żieda fl-ispejjeż tal-plejers u dħul inqas mill-ġestjoni tad-drittijiet tal-plejers.
Sors: Tuttosport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com