Il-Kunsill Amministrattiv ta’ Juventus approva ċ-ċifri ekonomiċi rreġistrati fl-ewwel kwart tas-sena ekonomika minn Juventus.

Iċ-ċifri juru li Juventus irreġistraw żieda ta’ 54% fid-dħul, għal €314.9 miljun fl-ewwel kwart tal-eżerċizzju fiskali għall-2015/16, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Dan minbarra li d-dħul nett tas-soċjetà rreġistra żieda ta’ iktar mid-doppju fl-istess perjodu, biex tela’ għal €72 miljun. Id-dejn nett tal-klabb naqas minn €199.4 miljun (f’Ġunju 2016) għal €174.1 miljun (fi tmiem l-2016).

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280