Illejla Juventus se jkunu qed jilagħbu l-ewwel partita ta’ ħbiberija tal-istaġun, meta fl-Istati Uniti se jkunu qed jaffrontaw lil Barcelona. Din il-partita hija parti mill-International Champions Cup u l-ħin f’pajjiżna se jkun nofsillejl.
Fil-formazzjoni ta’ Juventus, Allegri se jżomm l-istess tattika li kienet irnexxiet fl-istaġun li għadda, dik ta’ 4-2-3-1. Gianluigi Buffon mistenni jiddefendi l-lasta, bl-erba’ difensuri ta’ quddiemu jkunu Lichtsteiner, Benatia, Cheillini u Kwadwo Asamoah. Iż-żewġ plejers ta’ quddiem id-difiża mistennija jkunu Sami Khedira u Rodrigo Bentancur. It-tlieta ta’ quddiemhom mistennija jkunu Stefano Sturaro, Miralem Pjanić filwaqt li se nkunu qed nassistu għad-debutt tal-Brażiljan Douglas Costa. L-attakant prinċipali se jkun il-Kroat Mario Mandžukić.
Fuq in-naħa l-oħra, il-Katalani mistennija jinżlu bil-formazzjoni rinomata tagħhom ta’ 4-3-3. Cillessen se jkun qed jiddefendi l-lasta, l-erba’ difensuri se jkunu Semedo, Pique, Umtiti u l-Ispanjol Jordi Alba. It-tlieta fil-midfield se jkunu Ivan Rakitić, Sergio Busquets u Andrés Iniesta filwaqt li t-tlieta ta’ quddiem huma s-soliti Messi, Suárez u Neymar.
Għalkemm ghal Juventus din se tkun l-ewwel partita ta’ ħbiberija però din il-partita xorta waħda mistennija tkun interessanti fejn fit-tieni taqsima tagħha mistennija li jagħmlu d-debutt tagħhom Mattia De Sciglio u l-goalkeeper Wojciech Szczęsny.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com