Juventus se jaffrontaw lil Cagliari fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat tas-Serie A għall-istaġun 2017/18 li jibda fl-20 t’Awwissu li ġej u jintemm fl-20 ta’ Mejju 2018. Dan hekk kif it-Tazza tad-Dinja tar-Russja tibda fl-14 ta’ Ġunju.

Għall-ewwel darba se jkun hemm logħob fit-23 u t-30 ta’ Diċembru, b’ġurnata ta’ logħob fis-6 ta’ Jannar u waqfa ta’ nofs il-kampjonat bejn is-7 u l-20 ta’ Jannar.

Matul l-istaġun hemm tliet ġranet ta’ logħob matul il-ġimgħa (fl-20 ta’ Settembru, fil-25 t’Ottubru u t-18 t’April) u erba’ waqfiet għal-logħob tan-nazzjonal (fit-3 ta’ Settembru, fit-8 t’Ottubru, fit-12 ta’ Novembru u l-25 ta’ Marzu).

Minn dan l-istaġun jibda jintuża wkoll il-VAR (Video Assistent Referee) fejn fi żbalji evidenti, tintuża l-evidenza teknika f’każi ta’ gowls skurjati jew imħassra minħabba irregolarità, penalties mogħtija jew le, tkeċċijiet diretti mogħtija jew maqbuża kif ukoll żbalji fejn plejer b’ieħor jingħata karta safra jew ħamra.

Dan hu l-programm sħiħ tal-ewwel ġurnata li tibda fl-20 t’Awwissu:

  • Atalanta kontra Roma
  • Bologna kontra Torino
  • Crotone kontra Milan
  • Hellas Verona kontra Napoli
  • Inter kontra Fiorentina
  • Juventus kontra Cagliari
  • Lazio kontra Spal
  • Sampdoria kontra Benevento
  • Sassuolo kontra Genoa
  • Udinese kontra Chievo Verona

Il-kampjonat għal Juventus isegwi hekk:

  • Genoa kontra Juventus (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fis-27 t’Awwissu);
  • Juventus kontra Chievo (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fl-10 ta’ Settembru);
  • Sassuolo kontra Juventus (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fis-17 ta’ Settembru);
  • Juventus kontra Fiorentina (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fl-20 ta’ Settembru);
  • Juventus kontra Torino (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fl-24 ta’ Settembru);
  • Atalanta kontra Juventus (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fl-1 t’Ottubru);
  • Juventus kontra Lazio (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fil-15 t’Ottubru);
  • Udinese kontra Juventus (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fit-22 t’Ottubru);
  • Juventus kontra Spal (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fil-25 t’Ottubru);
  • Milan kontra Juventus (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fid-29 t’Ottubru);
  • Juventus kontra Benevento (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fil-5 ta’ Novembru);
  • Sampdoria kontra Juventus (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fid-19 ta’ Novembru);
  • Juventus kontra Crotone (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fis-26 ta’ Novembru);
  • Napoli kontra Juventus (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fit-3 ta’ Diċembru);
  • Juventus kontra Inter (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fl-10 ta’ Diċembru);
  • Bologna kontra Juventus (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fis-17 ta’ Diċembru);
  • Juventus kontra Roma (il-ġurnata tal-kampjonat tibda fit-23 ta’ Diċembru).

Bħal kull sena, il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se joffri l-possibbiltà li l-membri tiegħu jassistu għal dawn il-logħob b’disponibbiltà kbira ta’ biljetti għal-logħob fl-Allianz Stadium ta’ Juventus. Iżjed dettalji fil-jiem li ġejjin.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280