Wara li t-Tnejn ġew imtellgħa l-poloz għall-fażi tal-aħħar 16 taċ-Champions League, il-Viċi President ta’ Juventus, Pavel Nedved, sostna li għalkemm ħafna qed jgħidu li Juventus ġew polza ħafifa, iridu jkunu konċentrati fiż-żewg partiti biex ikunu jistgħu javvanzaw għall-kwarti finali.

“Polza tajba għalina? It-timijiet kollha ndaqs. F’dan l-istadju tal-kompetizzjoni ma tista’ tissottovaluta lil ħadd. Kulħadd qed jistenna li Juventus jgħaddu faċilment jew li se jirbħu l-kampjonat faċilment, iżda dan mhux il-każ”.

“Fil-verità, l-affarijiet qatt ma jkunu daqshekk ħfief u sempliċi fil-football. Ħa naffaċċjaw żewg logħbiet diffiċli u kif jgħaddu dawk iż-żewg logħbiet ma’ Porto nkunu nistgħu nitkellmu aħjar u naħsbu għar-round ta’ wara. L-attitudni tagħna kontra Porto għandha tkun tajba u rridu nkunu konxji li dawn diġà eliminaw tim Taljan. Jekk f’dan l-istadju jkollok attitudni negattiva, ma tikkwalifikax”.

Sors: Tutto Juve

dical-banner-1200×280