Il-finali tal-Uefa Champions League li se ssir fit-3 ta’ Ġunju ġewwa Cardiff, se tkun qed tlaqqa’ żewġ ġganti tal-futbol Ewropew, Juventus u Real Madrid.

Juventus avvanzaw għal din il-finali meta għelbu lil Monaco b’aggregate ta’ 4-1. Fl-ewwel leg ġewwa Montecarlo, Juventus ħargu rebbieħa bl-iskor ta’ 0-2 b’doppjetta ta’ Gonzalo Higuaín. Fil-logħba ta’ ritorn ġewwa l-Juventus Stadium, il-Bianconeri rebħu bl-iskor ta’ 2-1 biex aċċertaw ruħhom mit-tieni finali fi tliet snin.

L-avversarji ta’ Juventus se jkunu Real Madrid wara li dawn tal-aħħar fis-semifinali eliminaw lir-rivali Atlético Madrid b’aggregate ta’ 4-2. Fl-ewwel logħba ġewwa l-Bernabéu, Real Madrid iddominaw il-partita u rebħu bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0 fejn il-protagonist kien il-Portugiż Cristiano Ronaldo li skurja t-tliet gowls.

Fil-logħba ta’ ritorn ġewwa l-Vicente Calderón, Atlético Madrid rnexxielhom jegħlbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 2-1 iżda ma kienx biżżejjed biex javvanzaw għall-finali biex b’hekk it-tim immexxi minn Zinedine Zidane se jkun qed jaffronta lil Juventus.

Din se tkun it-tieni finali għal Juventus fl-aħħar tliet snin filwaqt li għal Real Madrid se tkun it-tielet finali fl-aħħar erba’ snin. Dan il-fattur juri li dawn iż-żewġ timijiet kienu protagonisti fl-aħħar snin fix-xena Ewropea u żgur li fit-3 ta’ Ġunju se nassistu għal finali spettakolari.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280