B’Higuaín topscorer, Juventus jistgħu jiftaħru wkoll bin-numru ta’ plejers li skurjaw f’dan il-kampjonat. Fil-fatt, huma erbatax il-plejers Juventini li f’xi punt tal-kampjonat tas-Serie A ta’ dan l-istaġun poġġew il-ballun fix-xibka avversarja.
Huma biss Lazio li żammew il-pass ma’ Juventus f’dan l-aspett.
Il-lista sħiħa tal-plejers li ħallew il-firma tagħhom hija din:
Leonardo Bonucci, Dani Alves, Stephan Lichtsteiner, Claudio Marchisio, Hernanes, Juan Cuadrado u Alex Sandro – gowl 1
Daniele Rugani u Giorgio Chiellini – 2 gowls
Sami Khedira – 4 gowls
Miralem Pjanić u Mario Mandžukić – 5 gowls
Paulo Dybala – 7 gowls
Gonzalo Higuaín – 19-il gowl
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment