Wara l-aħbar li ħasdet ħafna nies li Juventus u Marchisio laħqu ftehim biex jintemm il-kuntratt tal-plejer, Juventus flimkien mal-partitarji tagħhom fl-Allianz Stadium mistennija jsellmu l-25 sena servizz ta’ Marchisio qabel il-partita kontra Lazio.
Claudio Marchisio huwa wieħed mill-plejers favoriti ta’ diversi partitarji Juventini u għalhekk żgur li se tkun tislima emozzjonanti bħal dik li kellhom Alessandro Del Piero u aktar riċenti Gianluigi Buffon.
Sors: Tuttosport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com