Wara l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ tal-lum waranofsinhar Massimiliano Allegri ħabbar il-lista tal-plejers magħżula għall-partita kontra Milan. Neqsin minn din il-lista hemm Giorgio Chiellini u Stefano Sturaro minħabba injuries filwaqt li Juan Cuadrado huwa sospiż. Il-lista tal-plejers magħżula hija din:

Goalkeepers: Buffon, Neto, Audero
Difensuri: Benatia, Barzagli, Bonucci, Alex Sandro, Rugani, Dani Alves, Lichtsteiner.
Midfielders: Pjanić, Khedira, Marchisio, Lemina, Asamoah, Rincón.
Attakkanti: Higuaín, Mandžukić, Pjaca, Dybala, Kean.

Minħabba s-sospensjoni ta’ Cuadrado, Massimiliano Allegri għadu indeċiż liema formazzjoni se juża bejn il-4-2-3-1 u 4-3-3. Buffon se jkun qed jiddefendi l-lasta filwaqt li l-erba’ difensuri mistennija jkunu Lichtsteiner, Bonucci, Benatia u Alex Sandro.

Jekk il-formazzjoni tkun ta’ 4-2-3-1 mistenni jilgħab mill-bidu Marchisio filwaqt li hemm dubju bejn Khedira u Pjanić. It-tlieta ta’ quddiemhom ikunu Mandžukić, Dybala u Pjaca minħabba l-assenza ta’ Cuadrado filwaqt li Gonzalo Higuaín ikun il-punta prinċipali ta’ Juventus.

F’każ li Allegri jiddeċiedi jinżel bil-4-3-3, ikun maqlugħ Pjaca biex floku jiżdied plejer fit-3 plejers tal-midfield filwaqt li t-tliet attakkanti jkunu Dybala, Higuaín u l-Kroat Mandžukić.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280