Fl-aħħar sessjoni ta’ taħriġ tal-lum waranofsinhar Allegri sejjaħ il-21 plejer magħżula għall-partita kontra t-tim ta’ Palermo. Nieqes minn din il-lista hemm il-Kroat Mario Mandžukić minħabba sospensjoni u Giorgio Chiellini li sofra injury kontra Cagliari. Il-lista kollha tal-plejers magħżula hija:

Goalkeepers: Buffon, Neto, Audero
Difensuri: Benatia, Alex Sandro, Bonucci, Dani Alves, Rugani, Lichtsteiner
Midfielders: Pjanić, Khedira, Marchisio, Lemina, Asamoah, Sturaro, Rincón
Attakkanti: Cuadrado, Higuaín, Dybala, Pjaca, Kean

Massimiliano Allegri se juża l-formazzjoni ta’ 4-2-3-1. Buffon mistenni jiddefendi l-lasta Juventina filwaqt li Dani Alves u Kwadwo Asamoah se jibdew fuq il-lemin u ix-xellug tad-difiża rispettivament.

Hemm dubji bejn Rugani u Benatia fuq min se jkun qed jilgħab ħdejn Bonucci fil-koppja ċentrali fid-difiża.

Quddiem id-difiża mistennija jibdew Sami Khedira u Claudio Marchisio. It-tlieta ta’ quddiemhom mistennija jkunu Juan Cuadrado, Paulo Dybala u Marko Pjaca, b’Gonzalo Higuaín se jkun l-attakkant ewlieni ta’ Juventus.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280