Ir-rebħa ta’ Juventus fuq Porto, għalkemm għal ħafna kienet logħba kontra x-xejn, fissret it-tmiem ta’ mixja pożittiva għall-klabb Portugiż.
Dan hekk kif Porto kien ilhom għaxar xhur ma jitilfu logħba f’darhom.
Mhux hekk biss, iżda Juventus sar l-ewwel tim Taljan li għeleb lil Porto f’Estádio Do Dragão, f’logħba li fiha l-Portugiżi ma rnexxilhomx jixxuttjaw darba lejn il-lasta f’logħba sħiħa, xi ħaġa li kien ilhom ma jagħmlu sa mill-2004.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.






