Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri nnota li Juventus kellhom jingħataw penalty fil-logħba kontra Atalanta, imma qal li dan il-fatt m’għandux ikun skuża.

“Id-draw hu riflessjoni tal-andament tal-logħba. Il-penalty kien ikun ininfluwenti fuq ir-riżultat tal-logħba. Irridu naċċettaw ir-riżultat, nitgħallmu mill-iżbalji u nirritornaw id-dar biex nippreparaw il-logħba tal-Erbgħa,” iddikjara Allegri.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280