Wara r-rebħa ta’ 1-0 kontra Lazio, kien wasal il-ħin ta’ intervista minn Max Allegri, kowċ ta’ Juventus. Semma x-xogħol li jagħmel Sami Khedira u s-sitwazzjoni ta’ Miralem Pjanic.
“Sami huwa plejer straordinarju, plejer kapaċi ħafna u jaħdem l-ħin kollu. Jgħin ħafna l-iskwadra bix-xogħol li jagħmel. Issa nistenna li Miralem Pjanic ikun fl-aqwa forma għal-logħob biex ikun ta’ għajnuna ikbar għal Khedira u l-plejers l-oħra. Miralem qiegħed jaħdem biex ikun fl-aqwa kundizzjoni, se jasal l-ħin tiegħu ukoll” qal Max Allegri.
Juventus jilgħabu l-logħba li jmiss fil-11 ta’ Settembru kontra Sassuolo.
Sors: Gianluca i DMarzio