Ġewwa l-Ingilterra qed jikbru x-xnigħat li l-kowċ preżenti ta’ Juventus Massimiliano Allegri se jkun is-suċċessur ta’ Arsene Wenger fis-sajf li ġej però Allegri waqqa’ kull spekulazzjoni u insista li għadu lanqas biss tgħallem l-Ingliż.

“Kif inhu l-Ingliż tiegħi? Jien bdejt nitgħallmu ftit meta kont ma’ Milan però issa tlaqtu għalkollox. Intom biss qed tgħidu li sejjer ma’ Arsenal, u jien allura noqgħod nismagħkom tgħidu hekk.” Allegri saqsa din il-mistoqsija bħala ċajta wara domanda li għamlulu waqt intervista wara l-logħba Juventus vs Palermo.

Il-kowċ ta’ Bournemouth Eddie Howe u l-kowċ ta’ Borussia Dortmund Thomas Tuchel huma wkoll fost il-favoriti biex jieħdu post Wenger imma ġurnali fl-Ingilterra qed jibqgħu jsostnu li Allegri huwa l-iktar wieħed favorit.

Sors: ESPN

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
 
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280