Fi stqarrija uffiċjali, Juventus ikkonfermaw li l-injury ta’ Giorgio Chiellini mhix gravi u hemm ċans tajjeb li l-istess plejer ikun lura fit-tim ghal kontra Milan u Real Madrid.

Chiellini kellu jinbidel fil-partita kontra Spal u kellu wkoll iħalli Coverciano biex jiġi evalwat mit-tim mediku Juventin.

Juventus sostnew li lill-plejer sarulu xi testijiet fejn dawn l-istess testijiet ikkonkludew li dan il-plejer m’għandu xejn gravi iżda hemm bżonn li jkollu monitoraġġ ta’ kuljum.

Il-plejer immedjatament beda bit-terapija u se jerġa’ jkollu xi testijiet il-ġimgħa d-dieħla.

Sors: Juventus

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280