Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore bi pjaċir javża li ġie fi tmiemu l-proċess tal-għażla għal tmexxija ġdida tal-bar u l-kċina fi ħdan il-klabb. Fil-jiem li ġejjin il-Juventini Maltin se jkollhom l-opportunità li jiġu ntrodotti mat-tmexxija ġdida.
L-aħbar tasal wara li fl-aħħar jiem il-Kumitat kien qed janalizza l-offerta preferuta, mhux biss biex jara li din tissodisfa l-kriterji kollha imma wkoll biex ikun żgurat li t-tmexxija ġdida għandha proġett importanti li jpoġġi fil-qalba tiegħu lil dawk li jattendu l-klabb.
B’hekk il-Kumitat issa hu sodisfatt li dawk li jattendu għal-logħob jew attivitajiet fil-klabb se jgawdu mhux biss minn atmosfera sabiħa imma fuq kollox se jiġu offruti ikel u xorb abbundanti, frisk u ta’ kwalità, b’servizz impekkabbli u attenzjoni għad-dettalji li jagħmlu l-esperjenza fil-Juventus Club Malta Cuore Bianconero fost l-aqwa f’pajjiżna.
Il-Kumitat ifakkar li, biex ikompli jirrispetta l-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa, qed jitlob li dawk li jixtiequ jattendu għal-logħob ta’ Juventus jibbukkjaw isimhom fuq 9911 1186 u jipprovdu informazzjoni dwar liem logħba se jattendu, kemm se jkunu persuni kif ukoll kuntatt tal-persuna li fuqu se jitniżżel il-booking.