F’intervista wara l-partita kontra Crotone, id-difensur ċentrali Leonardo Bonucci kellu kliem ta’ tifħir għat-tim tiegħu għall-paċenzja u l-karattru li wera fil-partita kontra Crotone fejn sal-ewwel taqsima l-iskor kien għadu 0-0.

“Konna nafu li mhux se tkun faċli u konna nafu li Crotone se jiddefendu bil-plejers kollha wara l-ballun. Dak il-fattur għamilhielna diffiċli ħafna biex ninfdu d-difiża u nibbażaw il-logħba tagħna fuq il-plejers laterali. Fl-ewwel taqsima għamilna ftit żbalji fil-logħba tagħna izda fit-tieni taqsima bqajna kalmi u ħareg il-karattru tagħna. Għamilna hekk ukoll kontra Inter u rridu nibqgħu nagħmluha fil-logħbiet li ġejjin.”

“Dawn huma tliet punti prezzjużi fit-taqtigħa tagħna biex nirbħu s-sitt kampjonat konsekuttiv,” temm Bonucci.

Sors: Tutto Juve

dical-banner-1200×280