Hekk kif Juventus se jaffrontaw lit-tim ta’ Palermo, Paulo Dybala sostna li l-logħba kontra Palermo hija dejjem logħba speċjali u reġa’ talab apoloġija rigward il-logħba ta’ Sassuolo fejn rrifjuta li jieħu b’idejn Allegri.

“Kontra Palermo hija dejjem logħba speċjali għalija. It-tliet li qattajt Sqallija kienu tliet snin sbieħ fejn għamilt ħafna ħbieb u għandi ħafna memorji. Is-supporters ta’ Palermo għadhom isejħuli ‘Picciriddu’. Jien issa plejer ta’ Juventus u se nagħmel minn kollox biex nerbħu l-partita. Jekk niskurja mhux se niċċelebra b’rispett lejn Palermo.”

Paulo Dybala reġa’ tkellem rigward il-partita ta’ Sassuolo u fuq Allegri.

“Kienet reazzjoni li mhux se jerġa’ jkolli darb’oħra. Naf li m’hemmx post għal dawn l-attitudnijiet però l-affari rranġajnieha mill-ewwel fid-dressing room.”

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280