Wara l-logħba tal-bieraħ kontra Lazio, fejn Juventus rebħu bl-iskor ta’ 1-0, Dani Alves ikkummenta fuq il-media soċjali fejn sostna li jinsab kuntent bix-xogħol li qed jagħmlu Juventus.

“Kuntent ħafna bix-xogħol li qed nagħmlu. Baqa’ xi jsir. Nemmen ħafna fl-iskwadra. Ferħan li nagħmel parti minn din il-familja”, ikkummenta l-Brażiljan.

Ibierah kienet it-tieni logħba uffiċjali ta’ Dani Alves bil-flokk abjad u iswed.

Sors: TuttoJuve/Instagram