L-2017 se tkun is-sena ta’ Juventus, hekk kif hu ppjanat li jiġu inawgurati ħafna binjiet ġodda marbuta ma’ Juventus, fosthom is-sede l-ġdida ta’ Juventus, iċ-ċentru tat-taħriġ, J Hotel, l-iskola internazzjonali ISE u l-‘Concept Store’.
Din se tkun sena mimlija xogħol għal Juventus, fejn se jsir xogħol ukoll fuq il-J Village, li se jikkumplimenta l-Juventus Stadium u jinkorpora fih ukoll il-J Hotel, J Training, J Medical, is-Sede Juventus u ħafna iktar partijiet li jagħmlu parti minn Juventus. Kompletament dinja Juve!
Sors: Tuttojuve





