Nicholas Higuaín, l-aġent u ħu l-plejer ta’ Napoli Gonzalo Higuaín mhux aċċessibbli wara li tefa t-telefown ċellulari tiegħu biex jevita li jiġi mistoqsi dwar it-trasferiment possibbli.

Dan kien żvelat fuq Radio Crc, li hu qrib sew l-ambjent Naplitan, fejn mill-ġdid ingħad li l-aġent għandu ftehim lest ma’ Juventus u wkoll ta l-approvazzjoni għal dan it-trasferimenti.

Fuq Radio Crc ingħad ukoll li d-diriġenza ta’ Juventus talbu l-approvazzjoni ta’ Buffon, Barzagli, Bonucci u Chiellini, meqjusa bħala mexxejja tal-iskwadra, qabel iddeċidew li jmorru għal dan it-trasferiment. Dan bil-għan li ma jkunx hemm destabilizzazzjoni tal-ambjent fost l-iskwadra.

Sors: Radio Crc

dical-banner-1200×280