Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju (bejn is-18:00 u t-20:00) l-klabb se jkun miftuħ għal dawk interessati jibbukkjaw posthom għall-ikla ma’ Paulo Dybala, organizzata mill-Malta Community Chest Fund.
Il-klabb se jiftaħ ukoll il-Ħamis (bejn il-17:00 u s-19:00) iżda matul din il-ġurnata mhux se jsiru bookings ġodda. Il-biljetti issa waslu u jistgħu jinġabru kemm nhar l-Erbgħa kif ukoll il-Ħamis.
Infakkru li l-prezz tal-biljett jinkludi t-shirt kommemorattiv taż-żjara ta’ Dybala ġewwa Malta, postcard iffirmat minn Dybala, opportunità ta’ ritratt ma’ ħaddiehor flimkien ma’ Dybala u ikla buffet fil-ġonna tal-Palazz Verdala fil-Buskett nhar is-Sibt, 25 ta’ Ġunju fit-20:00.
Fl-istess ġranet li jkun miftuħ il-klabb, wieħed jista’ jġedded is-sħubija tiegħu mal-klabb, filwaqt li nfakkru li l-membership cards għall-istaġun li ġej jistgħu jibdew jinġabru.
Ħafna għadhom ma ġabrux ukoll it-tesseri tad-DOC u r-rigal li jiġi mas-sħubija.