Il-Kumitat iħabbar li fadal biss l-aħħar ftit biljetti għall-Classics 90s & 2000 Party, bi spettaklu mid-DJ rinomat Ryan Spiteri.

Il-party se jsir nhar is-Sibt li ġej, 16 ta’ Marzu, fis-swali tal-klabb li jinsab fi Triq Troubridge, fil-Marsa u dawk li jattendu jgawdu minn spettaklu li jibda fid-21:30.

Biljetti jistgħu jiġu akkwistati għall-prezz ta’ €5 biss u jinkisbu minn JCMCB Bar & Grill, li jinsab fi ħdan il-klabb stess.

Din hi attività oħra li qed issir bi sħab bejn il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero u l-JCMCB Bar & Grill.