Ftit jiem qabel l-Għid il-Kbir, il-klabb bi pjaċir iħabbar inizjattiva ġdida: il-bejgħ ta’ figolli Juventini magħmula kompletament minn lewż pur.

Min jixtieq jakkwista waħda jew iktar minn dawn il-figolli jista’ jħalli l-ordni tiegħu fil-klabb stess, jew inkella javża lil xi membru tal-kumitat.

Kull figolla tiswa’ €10 u l-ordni tkun konfermata biss malli jsir il-ħlas. l-aħħar ordnijiet se jittieħdu nhar il-Ħadd 20 ta’ Marzu.